Ġrajjietha

 

L-istorja tar-Rabat tmur kważi lura elfejn sena, meta kienet għadha tagħmel parti mill-Belt antika Rumana ‘Melita’. Aktar tard il-Biżantini ċekknu din il-Belt. Matul il-perjodu Għarbi f’Malta, din ingħatat l-isem ta’ Mdina. Waqt li l-parti ta’ barra ingħatat l-isem ta’ Rabat li tfisser subborg.

Ftit ta’ żmien wara it-tluq tal-Konti Ruġġieru minn Malta, l-arċipelagu Malti ġie uffiċjalment parti minn Sqalljia, fis-sena 1530.

Fis-seklu XV, dawn l-inħawi servew bħala refuġju mill-attakki kontinwi tal-pirati. Kien f’dan iż-żmien meta fir-Rabat waslu numru ta’ ordnijiet reliġjużi li għadhom hemm sa llum.

Mal-wasla tal-kavallieri tal-Ordni ta’ San Gwann f’Malta, ir-Rabat kiseb importanza kbira, minħabba l-fatt li jinsab viċin l-Imdina (is-sede governattiva), b’rabta mal-grotta ta’ San Pawl, il-knisja konventwali u l-aspett agrikolu tiegħu li kien ta’ benefiċċju għall-madwar.

Il-ħakma Franċiża f’Malta fl-1798, sabet oppożizzjoni kbira mill-inħawi tar-Rabat u l-Imdina, bħala difiża għad-drittijiet umani, għall-patrimonju storiku u reliġjuż taħt it-tmexxija tal-eroj Malti, in-Nutar Emanuele Vitale.

Matul il-ħakma Ingliża fit-tieni nofs tas-seklu XIX, ir-Rabat introduċa u mexxa ‘il quddiem numru ta’ bidliet fil-qasam soċjali, it-twaqqif tal-ewwel skola primarja, l-ewwel servizzi mediċi, postali, avvanz fil-provista tal-ilma, dawl fit-toroq u l-bidu tat-transport bil-ferrovija bejn ir-Rabat u l-Belt. Kien f’dan iż-żmien li twaqqfu ż-żewġ baned lokali, il-banda L’Isle Adam u l-banda Konti Ruġġieru.

Iżda l-akbar żvilupp seħħ fis-seklu għaoxrin, ftit wara t-tieni gwerra dinjija meta kien hemm żieda kbira fil-popolazzjoni. 12000. Din kompliet matul is-snin sittin u sebgħin. Dan wassal għal urġenza kbira fil-kostruzzjoni u biex jinbnew postijiet ta’ abitazzjoni. Wieħed isemmi lil tal-Virtu’uGħajn Qajjet (Għajn Kajjet) Illum il-ġurnata dan l-iżvilupp jiddistingwi il-parti antika tal-Belt minn dik moderna.

Ir-Rabat, illum hija żona residenzjali li fiha joqogħdu iktar minn 11,950 persuna. Ir-Rabat huwa ta’ kontribut siewi għall-ekomonomija tal-pajjiż minħabba it-turiżmu u l-aġrikultura.

Kunsillieri

Alexander Craus

Sindku

Matthew Chetcuti

Viċi Sindku

Ian Vassallo

Kunsillier

Nazju Cassar

Kunsillier

Karl Muscat

Kunsillier

Doris Coleiro

Kunsillier

Kris Grech

Kunsillier

Rudolph Grima

Kunsillier

Christopher Farrugia

Kunsillier

Alexander Craus

Alexander Craus

Sindku

Matthew Chetcuti

Matthew Chetcuti

Viċi Sindku

Ian Vassallo

Ian Vassallo

Kunsillier

Nazju Cassar

Nazju Cassar

Kunsillier

Karl Muscat

Karl Muscat

Kunsillier

Doris Coleiro

Doris Coleiro

Kunsillier

Kris Grech

Kris Grech

Kunsillier

Rudolph Grima

Rudolph Grima

Kunsillier

Christopher Farrugia

Christopher Farrugia

Kunsillier

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.

Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Għall-ġbir ta’ skart kbir (bulk refuse), jekk jogħġbok uża r-“request” link hawn taħt.

 

Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.

Għall-ġbir ta’ skart tal-ħġieġ, trid tikklikkja fuq il-link li jidher hawn taħt.

Il-Knis tat-Toroq

Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT! aktar ‘l isfel meta tara li xi parti ġiet injorata.

It-Tindif taż-Żoni Urbani

It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT! aktar ‘l isfel meta tara li xi parti ġiet injorata.

Reġjun Tramuntana
Web Analytics